Karozza tal-linja inħakmet minn nar estensiv kawża ta’ problemi tekniċi.
Fil-ħin tal-inċident kien hemm ix-xufier fil-karozza tal-linja. Madanakollu, ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
It-tim ta’ rispons tal-Malta Public Transport ħa azzjoni mmedjata biex jitfi n-nar u jevita kull inċident u jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati u l-passiġġieri.