Wara d-debutt tat-trio Klikka fil-festival tal-Għanja tal-Poplu 2024, bil-kanzunetta “Jien min Jien”, fl-aħħar jiem it-trio waslulna kanzunetta ġdida bil-Malti b’ vidjo mużikali li ġie mniedi lbieraħ l-Erbgħa 19 ta’ Frar fuq il-pjatafformi online kollha.
Min huma Il-Grupp Klikka? it-Trio Klikka ġie ffurmat fl-2023 minn tlett iħbieb li ħolmu bi proġett mużikali għal Festival Lokali tal-kanzunetta Maltija. L-isem tal-grupp jirrefletti il-ħbiberijia tat-tlett membri li ilhom jikkolaboraw flimkien f’dawn l-aħħar 25 sena f’diversi proġetti teatrali u mużikali.
L-istil mużikali tal-grupp huwa wieħed li jħalli spazju lil kull membru jesprimi l-uniċita’ tiegħu, b’mod partikolari x-xewqa li jittrazmetti emozzjonijiet pożittivi u ta’ ferħ bil-muzika tagħhom. Il-membri tal-grupp huma Renato Vella, Steve Camilleri u Malcolm Camilleri
B’ lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella, żewġ pilastri fix-xena tal-mużika lokali, iI-kanzunetta l-ġdida “Żmien Ieħor” se tkun qed tintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku għar-ritmu Retro-Disco u tqanqal nostalġija permezz tal-lirika li tirrakonta ż-żogħżija ta’ dawn it-tlett iħbieb li jħarsu lura lejn memorji tal-passat bħala Żmien Ieħor, kif jirrifletti l-vidjo mużikali li b’mod soċjevoli, ferrieħi u melodiku.
Segwi hawn il-kanzunetta: