“Erġa’ komplieh, għax konna nidħku daħka!” – Hekk stqarr magħna Jurgen Manicolo meta staqsejnih dwar ir-rispons mis-segwaċi ta’ ONE għall-ewwel staġun ta’ Manicolo&Co.
Jurgen jgħidilna li bħalissa, fl-eqqel tas-Sajf għaddej b’ħidma bla waqfien sabiex mill-iskeda l-ġdida tal-ħarifa, jissokta bil-programm ta’ kuljum Manicolo&Co li għal darb’oħra se jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-bulettin prinċipali ta’ ONE News.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/08/13113014/455152047_926093972893257_6044319913163007245_n-819x1024.jpg)
Aktar intervisti ma’ wħud mill-aqwa personalitajiet, kif ukoll sorpriżi u ħafna rigali x’jintrebhu fit-tieni staġun. Jurgen jgħidilna li qed jaħdem kontinwament biex kif jgħidu l-Ingliżi, din l-iskeda tkun ”Bigger and better”
Intant matul dan is-sajf, tistgħu tkomplu ssegwi uħud mill-aqwa intervisti li saru fl-ewwel staġun, waqt ir-repetizzjonijiet li qed jidhru kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fl-10:35pm