Jott li kien hemm in-nies fuqu spiċċa ħuġġieġa nar fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.
L-inċident seħħ propju għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu. Fuq il-post immedjatament waslet il-lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta minn Għawdex li assistiet lil dawk li kienu fuq id-dgħajsa.
Fi ftit ħin wasal ukoll dinghy tat-tifi tan-nar tal-Protezzjoni Ċivili li beda b’ħidma biex jikkontrolla n-nirien li kienu ħakmu lid-dgħajsa kollha.
Filwaqt li ħadd ma sofra l-ebda ġrieħi, it-tfajla kienet fi stat ta’ xokk.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ ONE News li malli qabdu n-nirien in-nies qabżu minn fuq il-jott u telgħu mal-ewwel fuq dgħajsa oħra li kien hemm fil-qrib.