Fit-tmien jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista sab jilqgħuh bi ħġarhom ir-residenti tal-Qrendi. Permezz ta’ facebook live il-Prim Ministru mhux biss wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk miġbura fil-pjazza, iżda tista’ tgħid lil Malta kollha.
Il-Mexxej Laburista qal li tkellem mar-residenti li min-naħa tagħhom irrimarkaw li huma sodisfatti bil-ħames prijoritajiet oħra tal-Partit Laburista li tħabbru llum, speċjalment il-proposta li jitneħħew il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet kollha tal-MATSEC u s-SEC u t-trasport b’xejn għall-istudenti kollha. Il-Prim Ministru qal li dawn huma miżuri studjati u costed u se jkunu qed jagħmlu l-ġid filwaqt li jistgħu isiru għax il-pajjiż għandu ekonomija b’saħħitha.
Iżda t-tmiem ta’ din iż-żjara ma temmiex waħdu, hekk kif dawk preżenti selmu ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin.