Eluf ta’ devoti rħewlha lejn Ħal Għaxaq u Ħal Għargħur f’Malta u fil-parroċċa tal-Katidral f’Għawdex biex jattendu għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Purċissjonijiet li ta’ kull sena jaħbtu f’Ħadd il-Palm u li jattiraw lejhom kemm Maltin u anke turisti.
Għal dawn il-purċissjonijiet ħadu sehem mijiet ta’ persuni li jirrappreżentaw karattri Bibbliċi, flimkien ma’ bandisti u anke scouts.
Ma jonqosx ukoll ir-reffiegħa tal-vari, li jfakkru l-passjoni ta’ Kristu, tul it-triq twila u b’devozzjoni liema bħalha.




