L-Erbgħa ftit wara nofsinhar żbroffa vulkan fi Stromboli. Dan seħħ quddiem għexieren ta’ turisti li jżuru din il-gżira matul l-istaġun tas-sajf, fejn ħafna minnhom kienu mbeżgħa b’dak li raw quddiemhom.
Dan l-iżvilupp ħalla diversi duħħan enormi u xmara ta’ lava nieżla minnu. Fil-bidu ta’ Lulju wkoll seħħ żbroff ieħor f’dan l-istess vulkan, fejn dakinhar ħalliet persuna mejta meta kien qed jixxabbat ma’ dan il-vulkan.
Skont il-midja Taljana, l-inċident tal-illum ma ħalla l-ebda persuna mweġġa’ jew maqtula, filwaqt li ma ġarraf l-ebda bini.