Fil-jum ta’ Ħamis ix-Xirka kull knisja ċċelebrat quddiesa li fakkret l-aħħar ikla tal-Mulej mal-Appostli. Matulha l-konċelebrat ħasel saqajn l-appostli. Wara ngħata bidu għas-seba’ visti tradizzjonali quddiem l-artal tar-repożizzjoni.
Is-Siġġiewi xegħlet madwar elfejn fjakkola mas-Salib tal-Għolja u Pjazza San Nikola.
Din il-mixegħla ttellgħet minn grupp ta’ voluntiera tal-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru u l-Każin Banda San Nikola b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.