Hekk kif id-djar tal-anzjani waqqfu ż-żjarat kollha minħabba l-imxija tal-Covid-19, ir-residenza San Ġużepp fil-Fgura bdiet toffri l-opportunità lill-familji biex iżuru lil dawk l-aktar għeżież għalihom b’mod differenti.
Bi ħġieġa tifridhom u b’miżuri oħra bħall-ħasil tal-idejn, il-qraba jistgħu jitkellmu mal-anzjani mingħajr ma jpoġġu lilhom infushom jew lil ħaddieħor f’riskju.
Tkellimna ma’ wħud mill-qraba li wara kważi xahrejn, reġgħu raw lill-anzjani.
Fosthom waħda li ċċelebrat għeluq sninha.
Il-qraba ta’ din il-mara qalulna: “Ħassejtni kuntenta ħafna għaliex illum għanda il-birthday, u nhar il-Ħadd huwa il-Mothers Day. Li rajna lilha wara xhur kient emozzjonanti ħafna.”
Il-Familji li tkellmu ma’ dan l-istazzjon faħħru l-inizjattiva tar-residenza li ħadet dan il-pass biex tipproteġi kemm lil l-anzjani kif ukoll il-qraba tagħhom.
Waħda mill-qraba stqarr: “Kienet inizjattiva tajba ħafna għaliex tkun ilek ma tarahom u terġa’ tarahom, rajniehom ħafna mill-viċin.”
Is-Segretarju Parlamenti għall-anzjanità attiva Silvio Parnis qal li b’din l-inizzjattiva, l-anzjani jtaffu xi ftit mill-uġigħ li ġarrbu fl-aħħar xhur.
Huwa sostna: “Miżura importanti ħafna sekmm kont hemm ġewwa, ukoll kien hemm il-qsim il-qalb li tara familjari li ilhom ma jaraw lill-familjari tagħhom għal tant ġimgħat. Miżura bħal din ħa nkun qed nistudja biex naraw kif se nagħmluha ġo homes oħra.”
Biex permezz ta’ din l-inizjattiva qed tingħeleb il-pjaga tas-solitudni fi żmien il-pandemija tal-Covid-19.