Jinsab f’qagħda tajba l-qattus l-abjad li lbieraħ ġie salvat minn ħofra f’sit ta’ kostruzzjoni mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.
Il-qattus li għandu madwar tliet snin jidher li hu qattus li jgħix barra fit-triq u fortunatament ma ġarrab l-ebda ġrieħi serji waea li waqa’ fil-ħofra.
Bħalissa qed jinżamm fl-isptar tal-annimali sakemm jibda jiekol u juża l-litter. Hu jinsab mbeżża’ hekk kif matul ħajtu ftit li xejn kellu kuntatt man-nies.
Kien ilbieraħ li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkiem mal-membri tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali rrispondew għal sejħa għall-għajnuna wara li xi nies innutaw qattus jilheġ f’ħofra waħdu.
Wara operazzjoni konġunta hu ttella’ mill-ħofra u ttieħed l-isptar tal-annimali għall-kura meħtieġa.