Sewwieq ta’ vann ma ġarrab l-ebda ġrieħi wara li nqaleb bil-vann f’telgħa fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 tas-Sibt filgħodu fit-telgħa magħruda bħala Tal-Għaqba Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija biex jagħtu l-għajnuna lis-sewwieq, iżda jidher li dan irnexxielu joħroġ waħdu minn ġol-vann.
Il-ħaddiema tas-CPD għaddejin b’ħidma biex il-vann jittella’ lura għal fuq it-triq.