Il-President Ċiniż Xi Jinping fetaħ l-itwal pont tad-dinja fuq il-baħar, disa’ snin wara li beda x-xogħol fuqu.
Il-pont huwa twil 55km, u jgħaqqad lil Hong Kong saċ-ċentru taċ-Ċina.
Il-pont sewa lill-Gvern Ċiniż madwar $20 biljun. Minn tal-anqas 18-il ħaddiema tilfu ħajjithom waqt il-bini ta’ dan il-proġett.
Dan se jkun miftuħ għat-traffiku minn għada.