Wara xhur ta’ negozjati, ilbieraħ filgħaxija Valletta FC ħabbru li ġie ffirmat ftehim bejnhom u bejn investituri minn Dubai. Preżenti għal dan il-ftehim storiku għal klabb Malti kien hemm il-president tat-tim Victor Scriha, l-viċi president Alexander Fenech kif ukoll it-tim manager Gerard Ellul.
Dan il-ftehim ġie trasmess fuq is-sit uffiċjali ta’ facebook tal-istess Valletta fejn il-president Scriha sostna li grazzi għal dan il-ftehim it-tim ser jkun qed jagħmel qabża fil-kwalità u jibda l-għira ta’ klabbs oħra.
Min-naħa tagħhom l-investituri sostnew li iridu jagħmlu minn Valletta FC storja ta’ suċċess fejn l-għan tagħhom huwa li jaraw lit-tim javvanza f’kompetizzjoni Ewropeja.