Fl-Istati Uniti, kmieni t-Tlieta filgħodu, vapur tal-merkanzija laqat il-pont Francis Scott Key Bridge, viċin il-belt Amerikana ta’ Baltimore, u wassal sabiex dan ikkollassa fix-xmara ta’ taħtu, ix-xmara Patapsco.
Diversi vetturi li kienu qed jaqsmu l-pont, spiċċaw ġox-xmara, filwaqt li għaddejjin tfittxijiet estensivi għall-persuni nieqsa. L-ammont ta’ persuni nieqsa jammonta għal bejn sebgħa u għoxrin persuna.
Il-Gvernatur tal-Belt ta’ Maryland, Wes Moore iddikjara stat ta’ emerġenza.
Intqal li dan il-pont se jerġa’ jinbena; b’tali mod li jsellem il-memorja ta’ dawk kollha li sofrew konsewgenzi qarsa kawża ta’ dan l-inċident.
S’issa jirriżulta li żewġ persuni inħarġu mix-xmara, b’wieħed minnhom m’qed isofri minn ebda ġrieħi u ieħor li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dan filwaqt li għadhom għaddejjin it-tfittxijiet għal 6 persuni, maħsuba li huma ħaddiema tal-kostruzzjoni, li kienu qed isewwu l-ħofor fit-triq.
Il-bastiment Dali li huwa rreġistrat taħt il-bandiera tas-Singapore, kien fi triqtu lejn Sri Lanka.
Il-port ta’ Baltimore viċin il-pont, huwa l-ikbar wieħed tal-merkanzija fl-Istati Uniti.
#BREAKING 🚨 Bridge in Baltimore, Maryland, collapses after being hit by a ship; mass casualty event reportedly declared | #6NewsAU pic.twitter.com/5UGNXEs98r
— 6 News Australia (@6NewsAU) March 26, 2024