Jidħol fil-Port il-vapur Lifeline li ilu barra ibħra territorjali Maltin għal dawn l-aħħar sitt ijiem.
Dalgħodu ngħatat l-awtorizzazzjoni sabiex jidħol fl-ibħra Maltin dan l-istess vapur li l-Kaptan tal-vapur ikkomunika ma’ entitajiet Maltin għall-aċċess hekk kif numru ta’ immigranti kien ma jifilħux.
Il-vapur għandu 230 passiġġier u dawn ser jitqassmu bejn tmien pajjiżi wara li jiġi eżaminati u jingħataw iċ-ċans japplikaw għal status ta’ ażil. It-tmien pajjiżi li kkonfermaw li ser jieħdu numru ta’ individwi huma: Malta, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Portugall.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat jisħaq li Malta ma kellha l-ebda obbligu internazzjonali sabiex tgħin lill-vapur iżda għamlet dan fuq bażi umanitarju.
Il-vapur ser jinżamm Malta għal investigazzjonijiet.