Wara li nhar l-Erbgħa ntemm il-ġbir tar-rigali bħal parti mill-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’ issa bdew jitqassmu għand it-tfal.
Ir-rigali bdew jiġu separati skont l-etajiet tat-tfal li se jkunu qed jirċevuwhom ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Imbagħad bl-għajnuna tal-ħaddiema mill-korpi dixxiplinarji bdew jingħaddu lit-tfal sabiex fil-Milied kulħadd ikollu rigal x’jiftaħ.