Din il-ġimgħa, jixxandar is-sitt episodju mis-sensiela KWIR.
L-affarijiet jibdew jieħdu xejra aktar ta’ tensjoni hekk kif Helen issib ittri ġodda fil-postijiet l-inqas mistennija u tibda tħoss li xi ħadd qed josservaha.
Lysander jibda jiskopri aktar dwaru nnifsu u s-sentimenti tiegħu, iżda jħossu konfuż. Connor jipprova jifhem fejn qiegħed f’din l-istorja emozzjonali. F’ħin minnhom, f’ċirkostanza inkwetanti, Helen tinqabad f’sitwazzjoni perikoluża.
Is-Sitt episodju ta’ KWIR jixxandar it-Tnejn 10 ta’ Frar fid-8:45pm, esklussivament fuq ONE