Raġel f’Londra ħelisha ħafif hekk kif għadda minn quddiem kafetterija ftit sekondi biss qabel ħajt tal-briks fuq l-istess kafetterija ċeda u spiċċa fuq il-bankina.
L-inċident seħħ f’Hackney fil-Lvant ta’ Londra.
Il-briks waqgħu konsegwenza ta’ rwiefen kbar b’veloċità ta’ ikbar minn 100 kilometru fis-siegħa ħakmu l-Kapitali Ingliża fi tmiem il-ġimgħa.
Il-mument inqabad fuq kamera tas-sigurtà faċċata tal-kafetterija.