Qatt ħsibt li xi apparat li qed tuża f’darek qed jaħli iżjed enerġija milli suppost?
Din kienet inizjattiva li għamlu l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma u l-LEAP. Dawn żaru iktar minn 500 dar ta’ persuni identifikati bħala vulnerabbli f’Malta u Ghawdex, u ġew magħżula 250 dar li mingħajr ma jafu, kienu qed jużaw konsum għoli ta’ enerġija b’appliances antiki u li jaħlu ħafna aktar dawl minn dawk moderni.
Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi spjega kif dan kien sforz kollettiv bl-iskop ewlieni li persuni vulnerabbli jiġu mgħejjuna biex ikollhom ħajja aħjar b’inqas spejjeż fil-konsum. B’hekk, il-Gvern qed ikompli jżid l-għarfien dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma, tant , li din il-miżura timxi mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija sal-2020.