Il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qala’ baraxx ta’ attakki mingħand sħabu l-Membri Parlamentari Ingliżi wara li nstema’ jgħid ‘stupid woman’, fil-Parlament Ingliż, hekk kif temmet diskorsha l-Prim Ministru Theresa May.
Il-kumment ma’ niżel xejn tajjeb mal-MPs Ingliżi, partikolarment man-nisa.
“Fis-sena fejn qed niċċelebraw il-100 sena mill-għoti tal-vot lin-nisa, naħseb li għandna nħeġġu lin-nisa jidħlu f’din il-kamra, u mhux inġerrxuhom”, saħqet il-Prim Ministru May b’reazzjoni għall-allegat kumment.
Kelliem għal Corbyn qal li l-Mexxej Laburista fil-fatt qal ‘stupid people’, u ma kien qed jirreferi għall-ebda mara partikolari fil-Parlament.