Il-mod ta’ kif wieħed jevalwa u jsir jaf liema huma l-aktar razez inteliġenti fost il-klieb mhix waħda faċli. Dan hekk kif hemm għad ta’ testijiet li jidditerminaw liema huma r-razez li huma l-iktar inteliġenti.
Dawn it-testijiet jinkludu kemm hu pront li jinduna b’ċertu affarijiet il-kelb, kemm hu kapaċi jimxi mal-istruzzjonijiet li tagħtih u kif ukoll kemm hu kapaċi hu nnifsu li jimxi skond l-istint tiegħu, fost bosta kapaċitajiet u ħiliet oħra.
Il-psikoloġist Stanley Coren, fi ktieb li kien ħareġ bl-isem ta’ “The Intelligence of Dogs”, sostna li fost il-199 membri tal-ġurija, l-opinjoni kienet waħda konsistenti.
Dawn huma r-razez li nstabu li jobdu f’inqas minn ħames sekondi u jobdu aktar minn 95% tad-drabi li jingħataw ordni.
Fil-quċċata tal-klassifika nsibu r-razza tal-Border Collie. Razza li hi magħrufa ferm għall-inteliġenza u kif ukoll għal kif huma kapaċi jitgħalmu ordni f’qasir żmien. Fil-fatt hija razza li tintuża ta’ spiss fis-salvataġġ, dan hekk kif filwaqt li hi razza ferm ferriħija u gustuża, hi kpaċi ferm biex titgħallem malajr u tobdi b’mod konsistenti, kapaċitajiet li huma ferm bżonnjużi waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Apparti r-razza tal-Border Collie, insibu r-razza ta’ Poodle, fit-tielet post il-German Sheperd, fir-raba’ post insibu r-razza tal-Golden Retriever, fil-ħames post ir-razza tax-Shetland Sheepdog, fis-seba’ post insibu r-razza Labrador Retriever, fit-tmien post ir-razza Papillon, fid-disa’ post insibu r-Rottweiler u fl-għaxar post insibu l-Australian Cattle Dog.