Jason Azzopardi ma rtira l-ebda dikjarazzjoni li għamel fil-konfront ta’ wħud mill-istituzzjonijiet importanti li għandna f’pajjiżna meta kkonfrontat b’dak li qal.
Dan waqt dibattitu kontra Jason Micallef, mħejji minn The Times of Malta.
Fost oħrajn Jason Micallef fakkar kif f’intervista partikolari Jason Azzopardi sostna li kien se jwaddab persuna minn gallerija għal-isfel.
JASON MICALLEF: “Qed nikkwota hawnhekk e, qadt attent, dan recording. He’s lucky I didn’t chuck him off the balcony. Ma waddabtux għal isfel. Imma dan avukat ta’, eks Ministru u jitkellem li l-Partit Laburista huwa mafja. Jekk din ma hijiex vjolenza ma nafx hux.”
MARK LAWRENCE ZAMMIT: “Wieġeb.”
JASON AZZOPARDI: “Dak kollu li hemm nikkonfermah.”
Micallef ma waqafx hawn hekk kif fakkar fl-aġġettivi li Jason Azzopardi uża fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija u anke tal-Avukat Ġenerali, b’din tal-aħħar jiddeskriviha bħala “ħanżira.”
Skomdu għall-aħħar Jason Azzopardi mhux talli ma rtirax dawn id-dikjarazzjonijiet, talli akkuża lil Jason Micallef li qed jattakkah personalment.
Dan minkejja li dak li qal Azzopardi jinsab iswed fuq l-abjad.
JASON MICALLEF: “Jason Azzopardi għarukaża ta’ jgħajjar lill-Kummissarju tal-Pulizija kriminal. Issa jista’ ma jgħoġbokx imma li tgħidlu inti kriminal jew tgħidlu wanker. Imma dan jiktibhom ta’ professjonist, avukat. Jgħidlu wanker lill-Kummissarju u tgħidli li m’għandux problema ta’ attitude jew għandek Avukat Ġenerali tista’ ma jogħġbokx xogħla tgħidilha ħanżira jew tgħidilha maħmuġa, tgħidilha żibel. Dan kliem? Jiġifieri inti ssostnih dan id-diskors?
MARK LAWRENCE ZAMMIT: “Imma dan kliem li tgħid?”
JASON AZZOPARDI: “Hija ċara li Jason Micallef ġie hawnhekk biex jattakka personali.”
JASON MICALLEF: “Ukoll.”
Mhux talli hekk talli Jason Azzopardi sostna li dak li jagħmel jagħmlu minn qalbu.
JASON AZZOPARDI: “Jiena kuntent li dak li qed nagħmel qed nagħmlu minn qalbi.”
Jason Micallef fakkar fl-ipokrezija li biha jopera l-Avukat tal-ghaqda Repubblika, li filwaqt li jiftaħ inkjesti bla rażan u jabbuża mill-proċess attwali, huwa kien deputat Nazzjonalista li kellu skandli kbar taħt rasu, fosthom l-iskandli tal-artijiet tal-Fekruna u tal-Lowenbrau.
JASON MICALLEF: “Jieħdok miegħu xi negozjant tistmalu l-artijiet. Tiftakara l-art tal-Fekruna, l-art tal-Lowenbrau. Żewġ rapporti tal-Awditur Nazzjonali u għandu l-wiċċ jagħmel il-kruċjati fuq l-inkjesti jew jiktiblu jew jiktiblu jew jiktiblu l-Kummissarju tal-Etika orrajt imma dan għax mbagħad dejjem jinsa qed tifhem fuq breach, ma jdaħħalx ir-returns tat-taxxa. Għamiltha jew le? Ikkundannak il-Parlament, jiġifieri int ma kellekx xi track record meta kont Ministru.”