Hekk kif bħalissa għaddejja r-riabilitazzjoni ta’ Wied il-Qlejgħa jew kif inhu magħruf aħajar Chadwick Lakes, persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu diversi biċċiet ta’ skart differenti f’dan il-wied.
Dawn il-persuni mhux magħrufa tefgħu dan l-iskart f’sit ta’ sensittività ekoloġika minflok użaw is-servizz tal-bulky refuse – servizz b’xejn li huwa offrut minn kull kunsill lokali madwar Malta u Għawdex.