Oliver Nordin huwa espert fil-‘parkour’ mill-Isvezja.
Din hija dixxiplina jew sport ta’ taħriġ atletiku li fih il-prattikanti jippruvaw jaslu minn punt A għal punt B bl-aktar mod mgħaġġel u effiċjenti possibbli, mingħajr ma jkunu assistiti b’tagħmir u ħafna drabi waqt li jwettqu manuvri artistiċi-ġinnastiċi.
Permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali, Nordin jgħid lil aktar minn miljun ‘follower’ li pajjiżna huwa l-aqwa pajjiż għal dan l-isport.
Tista’ ssegwi l-filmat hawn, iżda żomm f’moħħok li dawn il-mossi m’għandhomx ikunu ripetuti minn min mhux intiż f’dan l-isport.