Robin Georges Franċiż li jippratika tip ta’ sports kemxejn differenti, ħalla lil uħud b’ħalqhom miftuħ hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu qabeż minn diversi postijiet b’xenarji pittoreski madwar il-gżira Għawdxija, partikolarment dik fid-Dwejra f’post mgħaruf ferm mal-għaddasa.
Fuq filmat li tella’ fuq profil tiegħu fil-midja soċjali, il-Franċiż jidher jaqbeż ħdax -il metru mill-irdum fid-Dwejra għal ġol-baħar, post mgħaruf aktar bħala l-Blue Hole.
Intant b’reazzjoni għal dan il-filmat il-profil fuq Instagram, LoveMalta appella sabiex ħadd ma jiprova jagħmel azzjonijiet simili ta’ dawn għaliex wieħed ikun qed jipperikola kemm ħajtu kif ukoll ħajjet nies oħra.
View this post on Instagram