Bosta voluntiera qed jagħtu daqqa t’id sabiex jinħadmu maskri tad-drapp għal poplu Malti u Għawdxi dan sabiex il-komunitajiet iżommu ruħhom siguri matul il-pandemija tal-COVID-19.
Dan il-ġest nobbli ra diversi ħajjata jagħtu sigħat twal minn ħinhon.
Il-Fondazzjoni Marigold, imexxija mis-Sinjura Michelle Muscat hija fost l-għaqdiet li għaddejja b’dan il-proġett tal-produzzjoni tal-maskri.
Wieħed jista’ jordna dawn il-maskri minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-fondazzjoni u jagħti donazzjoni li tmur fost oħrajn għand Special Olympics, Puttinu, ALS Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tat-tfal bl-Awtiżmu.
Intant il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ingħaqad f’din l-inizjattiva tal-produzzjoni tal-maskri.
Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex, Max Zammit tenna li s-saħħa tar-residenti dejjem kienet fuq quddiem tal-prijoritajiet tal-Kunsill u għaldaqstant qed jqassmu dawn il-maskri u visors b’xejn.
Huwa spjega:“L-iskop huwa mhux biss li nħarsu s-saħħa tar-residenti tagħna iżda wkoll ngħinu lill-fondazzjoni Marigold li tant tagħmel xogħol ma’ nies fil-bżonn”.