Filmat li ttella’ fuq facebook jidher żagħżugħ jagħti daqqiet ta’ sieq ġol-bieba tal-karozza tal-linja.
Mhux aċċennat x’kienet ir-raġuni li wassal liż-żagħżugħ jagħmel dan.
Fl-istess filmat, in-nies preżentu fuq il-karozza tal-linja jinstemgħu jgħidu lix-xufier biex ma jiftaħlux u biex isuq.
Dan ġara għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu.