Wara xhur ta’ ħidma fil-ġbid u l-muntaġġ, minn nhar il-Erbgħa li ġej, ser terġa’ tirritorna s-sensiela popolari JACKPOT 4. It-tim wara din il-produzzjoni ppubblika ritratt fuq il-mezzi soċjali fejn ħabbar li l-Erbgħa 24 ta’ Jannar se jintwera’ programm speċjali, li fih ser naraw u nifhmu eżatt x’ġara fl-ewwel staġun.

Il-produzzjoni ta’ DBA Entertainment qed tħeġġeġ li jekk qatt ma rajt din is-serje jew inkella tixtieq terġa’ ġġedded ftit il-memorja, allura għandek issegwi dan il-programm speċjali.
L-ewwel episodju, tat-tieni staġun ta’ JACKPOT 4 se jkun qed jixxandar l-Erbgħa 31 ta’ Jannar u din is-sensiela tibqa’ tixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fit-8:35pm esklussivament b’xejn fuq ONE