Il-Ħadd filgħodu l-parruċċani tar-raħal pittoresk taż-Żurrieq kienu katina waħda biex jiċċelebraw it-tmiem tal-festi ċentinarji ta’ Santa Katarina.
Quddiem folla numeruża ta’ parruċani il-banda ta’ Santa Katarina sellmet lill-istatwa titulari u artisitka ta’ din il-patruna li nħarġet apposta biex iddur fit-toroq taż-Żurrieq.
Is-Segretarju tas-Soċjeta Mużikali ta’ Santa Katarina, is-Sur Schembri saħaq li dawn il-festi żgur li ħallew il-frott iż-Żrieraq.
“Għalina hu mument emozzjonali u storiku, huwa mument fejn iż-Żrieraq kollha qed juru mħabba lejn il-patruna tagħna Santa Katarina u j’Alla li dan il-ferħ li ġabet illum fostna Santa Katarina jkompli jixxerred matul is-snin kollha”
Parruċċana devota u entużjasta ferm spjegat magħna xi jfissru għaliha dawn il-festi.
“Kollox, familja, imħabba, devozzjoni kbira lejn Santa Katarina.”
Fost iċ-ċelebrazzjonijiet, iż-Żrieraq iċċelebraw tliett anniversarji kbar, l-4oo sena minn meta l-knisja saret matriċi bit-twaqqif tal-parroċċa tal-Qrendi, il-125 sena minn meta it-Tempju Katerin ġie mogħti t-titlu Arċipretali u l-200 sena mill-miġja tal-vara ta’ Santa Katarina fil-parroċċa ta’ Santa Katarina ż-Żurrieq.