F’kummenti lill-ġurnalisti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li b’dan il-proġett, il-Gvern qed ireġġa’ lura l-politika żbaljata ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalista, li naqqsu s-servizz tas-saħħa fil-komunità.
Hawnhekk, il-Ministru Fearne fakkar ukoll kif fl-aħħar jiem infetħu numru ta’ binjiet f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż biex il-pazjenti jkunu jistgħu jinqdew bl-aħjar mod. Fost dawn il-binjiet hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, u ċentri tas-Saħħa f’Ħ’Attard u Tal-Pietà fost oħrajn.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/04/22/il-progett-tal-paola-hub-juri-kemm-il-gvern-qieghed-jinvesti-fil-futur-tas-sahha-fpajjizna-2/