Din il-Ġimgħa, Lara waqt IT-TALKS se tiddiskuti suġġett li huwa kumpless u fl-istess waqt, uniku fl-individwalita’ tiegħu, dan għaliex kull bniedem jirreaġixxi differenti għal kull sitwazzjoni. Infatti l-programm se jiddiskuti t-trawma fit-tfal u l-addoloxxenti
It trawma tista’ tkun vjaġġ diffiċli għall-individwu li għadu qed jifforma l-karattru tiegħu. Il-Psikjatra Nigel Camilleri u l-counsillor Stephanie Xuereb jiddiskutu waqt il-programm forom differenti ta’ trawma u x’effett tħalli fuq il-bniedem u fuq tal-madwar.
Waqt parti mill-programm il-panel ta’ mistiedena se jiddiskuti wkoll it-trawma li tintiret mill-ġenerazzjonijiet kif ukoll dawk il-punti pożittivi li vittmi ta’ trawma rnexxielom idawwru l-enerġija tagħhom permezz ta’ sport, arti jew mużika sabiex joħolqu xi ħaġa sabiħa.
IT-TALKS jixxandar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fid-8:45pm fuq ONE