L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u l-BOV nieda filmat bl-isem ta’ “Where Streets Have No Name” sabiex iħeġġeġ il-pożittività bil-għan li l-Maltin jingħaqdu iktar.
Il-mużika f’dan il-filmat għandha arranġament tal-Mro Aurelio Belli li hija mmirata biex tqajjem iktar kuxjenza fuq il-wirt uniku u nazzjonali tagħna.
Dan huwa wieħed minn erba’ filmati awdjoviżivi li huma mmiriati sabiex jinspira aktar nies permezz tal-mużika u fl-istess waqt jibgħat messaġġ ta’ tama f’dan iż-żmien diffiċli minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Dan il-filmat huwa wieħed mill-inizjattivi li l-Orkestra Nazzjonali qed tieħu flimkien ma’ numru ta’ entitajiet.