Illum il-Ħamis, 16 ta’ Jannar, jixxandar it-tieni episodju mis-sensiela PREZZ L-IMĦABBA. F’dan l-episodju ser naraw kif minħabba r-ras iebsa tagħha, s-sinjura Karmni spiċċat kellha xi tgħid ma’ Bina.

Ronnie jiltaqa’ ma’ Lora, ħabiba antika tiegħu. X’kellha xi tgħidu? U Mikiel u Francesca? X’konnessjoni hemm bejniethom? Ħbieb, għarajjes? Tgħid Francesa, nesietu lil Ronnie diġà? Dovik deċiż li jagħmel xi ħaġa u ddeċieda li jiftaħ qalbu mal-kappillan.
It-tieni episodju ta’ PREZZ L-IMĦABBA jixxandar il-Ħamis fid-9:15pm fuq ONE