L-ewwel jum tal-ġimgħa diġa huwa diffiċli biex tqum għax-xogħol wara tmiem il-ġimgħa frank.
Aħseb u ara kemm hu diffiċli għal qrempuċu li qed jirfes l-għatba tal-iskola għall-ewwel darba.
Imma l-iskola primarja ta’ San Ġwann għamlitha ferm iktar faċli u kkulurita.
B’siltiet mill-musical popolari ‘The Lion King’ it-tfal li deħlin fil-Kindergarten intlaqgħu minn għadd ta’ edukaturi dedikati ferm.
L-edukaturi żifnu, bil-kostumi u b’mod sinkronat.
Kif wieħed jista’ jobsor kien hemm il-preparamenti hekk kif matul is-sajf, l-edukaturi ma qagħdux ċiċċi beqqi.
Preparaw fuq li preparaw u kienu entużjasti biex liċ-ċkejknin ituwhom merħba sabiħa.
Filfatt wara din il-koreografija kkulurita, l-edukaturi firxu t-tapit aħmar u t-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom daħlu fl-iskola.
Dik li issa se tkun fonti ta’ għerf u edukazzjoni fl-iżvilupp ta’ dawn it-tfal li għada għad iridu jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.