It-teatru Manoel reġa’ fetaħ il-bibien għall-pubbliku fejn bdew isiru rappreżentazzjonijiet fuq il-palk.
Il-Ġimgħa filgħaxija, fuq il-palk prestiġjuż tat-teatru Manoel ittellgħet serata klassika minn Nicola Said.
Din kienet l-ewwel serata sa minn Marzu hekk kif l-arti qed tirritorna fuq il-palk tat-teatru mibni fi żmien il-Kavallieri.
Kif jixhdu r-ritratti, it-teatru Manoel fetaħ fejn inżammet id-distanza soċjali.
It-teatru Manoel se jkollu aktar minn dawn it-tip ta’ preżentazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku iżda l-postijiet huma limitati minħabba ż-żamma tad-distanza soċjali.