L-emozzjonijiet huma kbar hekk kif din il-ġimgħa t-12-il semifinalisti li fadal jippreparaw għall-sfida oħra diffiċli: BRILLANTI SINGERS goes film. Il-parteċipanti ser jagħżlu silta immortali minn xi film għal qalbhom u biha jridu jimpressjonaw lill-ġurija sabiex jersqu dejjem pass eqreb għar-rebħ ta’ total ta’ €30,000!
Wara l-eliminazzjoni tal-bravi l-missier u l-bint Matthew u Kyra, kull wieħed u waħda mill-parteċipanti jafu li ma jistgħu jieħdu xejn ‘for-granted’ u li jridu jagħtu ħilithom kollha sabiex il-ħolma li jirbħu din l-edizzjoni ssir realtà!

Din il-ġimgħa flimkien ma’ Nate, Greta u Sarah, fil-ġurija ser tingħaqad il-brava Annalise Mifsud, mużiċista, kantanta, attrici u kompożitriċi.
Min mit-12-il semifinalist ser ikollu jippakkja u jmur id-dar din il-ġimgħa? Titilfux edizzjoni oħra speċjali ta’ BRILLANTI SINGERS, l-Erbgħa 23 t’April fid-8:45pm fuq ONE