Ħaddiema ta’ Infrastructure Malta li kienu qed jibdu l-moll il-ġdid tal-Fast Ferry fil-Belt Valletta sabu xelter antik maqtugħ fil-blat ta’ taħt is-swar tal-Belt. F’dan ix-xelter instabu wkoll tliet skulturi sbieħ fosthom tal-Madonna u San Pawl mnaqqxin fil-ħajt li għadhom priservati tajjeb ħafna.
Infrastructure Malta qed tikkonsulta mal-awtoritajiet tal-wirt kulturali dwar il-possibbiltà li jinħoloq aċċess għal dan is-sit bħala parti minn rotta bil-mixi għall-qalba tal-Kapitali.
Dan sabiex eventwalment ikun miftuħ għall-pubbliku bħala parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna.