Il-plastik jibqa’ hemm għal dejjem.
Hekk kiteb Raniero Borg, li jamministra l-paġna ‘Raniero’s Adventures’.
Infatti, sab tazzi li għandhom mill-inqas 40 sena fuqhom, li xi darba intremew u spiċċaw fil-baħar.
L-appell jibqa’ biex il-plastik qatt ma jsib ruħu mormi fejn mhux suppost, wisq inqas qrib il-baħar jew direttament fil-baħar.
Dak li xi darba kien mument ta’ rikreazzjoni fejn persuni qasmu xarba tipika Maltija flimkien, spiċċa sors ta’ tniġġiż għal snin twal, u periklu għall-ħajja marittima.
Diversi oġġetti tal-plastik idumu ammont kbir ta’ snin, saħansittra sekli, biex jiddiżintegraw. Biżżejjed ngħidu li ‘toothbrush’ jew ħarqa iddum 500 sena teżisti qabel tiddikomponi: ħames sekli sħaħ.
It-tazza tal-Kinnie, kieku ma nġabritx minn Raniero Borg, setgħat damet 450 sena tħammeġ l-ambjent f’qiegħ il-baħar.