Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħadet l-ewwel doża tat-tilqima għal kontra l-Covid-19.
Dan waqt trażmissjoni diretta li xxandret fuq il-paġna tas-Saħħa fuq Facebook.
Dan hekk kif aktar kmieni llum tħabbar li l-persuni u l-ħaddiema fl-isptar Karin Grech ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Filwaqt li min-nhar l-Erbgħa, il-pazjenti tal-onkoloġija li se jibdew jingħataw il-kimoterapija.