Fil-jiem li għaddew suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta bdew iwasslu l-ikel lil dawk in-nies li bħalissa qegħdin f’darhom fi kwarantina mandatorja.
Dawn is-suldati qed jassistu lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex dawn in-nies fi kwarantina jkollhom għajnuna anke f’dawn il-mumenti li jridu joqogħdu ġewwa minħabba s-saħħa tagħhom u taċ-ċittadini l-oħra.