Wara ġimgħat, episodju wara episodju, l-produtturi tas-sensiela PREZZ L-IMĦABBA preparaw episodju ieħor, l-14-il episodju li ser jagħlaq din is-sensiela segwita minn bosta fuq ONE.
Fl-aħħar episodju naraw lill-maħbuba ta’ Manswetu tgħidlu xi ħaġa importanti. L-ispettur jibgħat għal Maria biex ikellimha dwar xi ħaġa. Tgħid minħabba x-xebgħa li qala’ Mikiel? Iżda hi għandha x’taqsam? u tgħid Mikiel għadu ħaj jew miet?
Naraw lil Francesca tidhol il-knisja tara xi ħaġa u tkun irrabjata fuq dak li rat.
L-aħħar episodju, ser jixxandar f’ħin u ġurnata differenti, għaliex se jixxandar is-Sibt 12 t’April f’12:15pm