Il-grupp Brittaniku LEAVE.EU ġie mmultat sebgħin elf sterlina għall-ksur tal-liġi elettorali matul il-kampanja referendarja sabiex l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropeja bil-Kap ta’ dan il-grupp jiġi referrut lill-Pulizija.
Il-Kummissjoni Elettorali Ngliża qalet kif l-eżidu tal-investigazzjonijiet wera kif dan il-grupp irraporta b’ mod ħazin l-infiq tiegħu f’ din il-kampanja kif ukoll hija qabzet il-limitu tal-infiq u ma’ prezentatx id-dhul u l-ħruġ kif suppost.
Il-grupp li ma kienx dak ewlieni tal-Kampanja Brexit naqas milli jiddikjara seba u 77, 380 sterlina f’ infieq b’ dan iwassal għall-infiq ta’ għaxra fil-mija tal-fondi bil-liġi elettorali.
Apparti minn hekk – LEAVE.EU naqset milli tipprovdi l-irċevuti ta’ 97 pagament ta’ aktar minn mitejn sterlina li jwassal għan-nefqa totali ta’ 80, 224 sterlina.
It-tim ta’ nvestigaturi ta’ Scotland Yard ikkonferma wkoll lill-Kummissjoni Elettorali rreferit potenzjal każ krimnali tal-Partiti Politici, Elezzjonijiet u Referenda.