L-awtoritajiet Russi qed iżommu f’detenzjoni lil Darya Trepova, akkużata bil-qtil tal-blogger Russu favur il-gwerra Vladlen Tatarsky.
L-arrest tagħha qed iqajjem mistoqsijiet dwar l-istorja u t-twemmin politiku taż-żagħżugħa.
Rapporti fil-midja tar-Russja qalu li Trepova, ta’ 26 sena, tat lil Tatarsky statwetta li kien maħsub li fiha l-isplussivi li qatluh.
Aktar tard, f’filmat maħruġ mill-Ministeru tal-Intern Russu, hija tidher tammetti li ġabet l-istatwatta fil-kafetterija fejn seħħet l-isplużjoni.
Madankollu, id-dikjarazzjoni tagħha aktarx inkisbet taħt pressjoni, u ma tgħidx jekk kinitx taf bl-isplussivi.
Uffiċjali Russi qalu li l-qtil kien ippjanat mis-servizzi tas-sigurtà Ukreni, bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni (FBK), immexxija mill-kap tal-oppożizzjoni Russa li jinsab il-ħabs, Alexey Navalny. Trepova kienet tappoġġjah lil Navalny.
Iżda l-ħbieb u l-familja jgħidu li filwaqt li kienet attivista kontra l-gwerra – u saħansittra nżammet fi protesta fil-bidu tal-gwerra – il-fehmiet tagħha ma kinux radikali u ma kinitx kapaċi toqtol.
Żewġha Dmitry Rylov jissuġġerixxi li setgħet ġiet ingannata.
Ritratt: JJ.OOEE/VK