Fl-aħħar jiem id-Dipartiment tad-Dwana kompla jsaħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-kirminalità b’taqsima ġdida magħmula minn tmint iklieb.
One News żar sessjoni ta’ taħriġ li qed jingħataw il-klieb fosthom ta’ razza labrador, springer spaniel u cocker spaniel ser jgħinu fit-tfixxijiet li jsiru fuq vetturi u bċejjeċ tal-baħar li jkunu mgħobbija b’tabakk tal-kuntrabandu, droga u flus maħmuġin.
ONE NEWS iltaqa’ mal-uffiċjal tad-dwana Hillary Fenech fejn spjega t-taħriġ li speċjalizzat li ngħataw il-klieb f’ambjenti differenti qabel daħlu fis-servizz.
Kelb biex tagħlmu trid tgħallmu minn mindu żgħir. Il-kors jibda minn 10 sa 11 il fuq fil bidu ngħallmuh b’scent waħda u nużaw cons u dawn it toys- inħaltuhom mas-scent eventually nibdew inġibu l-handler u l-kelb għandu tmien ġimgħat.
L-Ispettur tad-Dwana Kevin Francica spjega li permezz ta’ din it-taqsima, ix-xogħol tad-Dwana ser ikun iffaċilitat hekk kif it-tfittxijiet li jagħmlu l-klieb mhux neċessarjament jistgħu jagħmluh in-nies:
Il-klieb huma kapaċi jilħqu postijiet li n-nies mhux kapaċi jilħqu. Il-klieb qed ikunu mgħallmin biex jiddetectjaw flus, tabakk u droga. L-iskop huwa li t-tabakk huma flus li nistghu nitilfu jekk ma jiġux dikjarati bhala dħul tal-Gvern, droga hija ta’ dannu għas-soċjetà u l-flus hija parti mill-kullana ta’ inizjattivi li d-dipartiment qed jieħu bħala inizjattiva kontra l-ħasil tal-flus.
Is-Sur Francica qal li l-klieb mhux ser ikunu stazzjonati f’post wieħed imma jistgħu jintbagħtu f’kull żona fejn id-Dwana għandha ġurisdizjoni fuqha fosthom fl-ajruport u l-portijiet.
Spjega li x-xogħol il-kelb huwa biss li jagħmel sinjal lill-handler billi jpoġġi bilqiegħda:
Peress li l-klieb ha jkunu f’kuntatt dirett man-nies sabiex il-klieb u n-nies ma jibżgħux mill-klieb jekk il-klieb ixommu dik il-comodity li jkunu trainjati għaliha il-klieb sempliciment ipoġġu fejn dak li jkun, fejn jindikaw lill-handler tagħhom li quddiemhom hemm xi ħaġa ta’ interess li huma mgħallmin għaliha.
Inant id-Dwana nediet ukoll logħba b’xejn ta’ tagħlim għat-tfal dwar ħidmet id-dwana.
Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, li kien preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni saħaq kif dawn l-avvanzi fid-dipartiment qed ikomplu jtejbu l-mod ta’ kif id-dwana f’pajjiżna qed teżerċita l-obligazzjonijiet tagħha. Dan anke bħala regolatur ta’ dak li jidħol fil-fruntiera Ewropea.