F’konferenza stampa miċ-ċentru tal-onkoloġija biswit l-Isptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar żieda ta’ aktar mediċini tal-kanċer fuq il-formolarju tal-Gvern. Fiż-żmien li ġej dawn il-mediċini se jkunu qed jibdew jingħataw lill-pazjenti li jkollhom bżonnhom mingħajr ħlas.