Il-Kumitat Festi Nazzjonali kkommemora l-festa ta’ Jum il-Vitorja bi tqieghid ta’ fjuri f’diversi monumenti fil-Belt Valletta u l-Kottonera.
Propju fil-festa ta’ Marija Bambina pajjizna jfakkar it-tmi
em ta’ zewg assedji storici: it-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565 u t
-tmiem tal-assedju mill-ajru fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1943.
L-ewwel kommemorazzjoni saret fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fejn il-President ta’ Malta George Vella qieghed fjuri hemmhekk.
Iktar tard il-kumitat festi nazzjonali pogga fjuri fuq monumenti ta’ din il-grajja fil-Forti Sant Anglu, fil-pjazza tal-Birgu, fil-Pjazza tal-Isla u fjuri fuq il-monument tal-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija fic-cimiterju tal-Addolorata.