Kollox jinsab lest għall-ewwel edizzjoni tal-festival Mediterranju li beda għaddej fuq il-Fosos tal-Floriana u għalih il-pubbliku jista’ jattendi b’xejn.
Dalgħodu żar l-aħħar tħejjijiet il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi li seta’ jara l-loġistika professjonali hemm għal dan il-kunċert li qed isir f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Radio Italia.
Mal-Ministru kien hemm id-direttur ta’ Radio Italia Mario Volanti li ħassu impressjonat bl-organizazzjoni Maltija.
Volanti qal “Dan il-kunċert għandu l-għan li permezz tal-aqwa talent Mediterranju tiġi mbuttata ‘l quddiem l-identità tar-reġjun Mediterranju.”
Għaldaqstant fuq palk wieħed se jingħaqdu l-aqwa kantanti u mużiċisti fil-Mediterran flimkien mal-Orkestra tal-Mediterran immexxija mis-Surmast rinomat Taljan Bruno Santori.
Fost l-artisti hemm Gigi D’Alessio, Mahmood, Umberto Tozzi, Khaled, Emma, Ira Losco u The Travellers.