Illejla, ħareġ il-video mużikali ta’ Dance (Our Own Party) tal-grupp The Busker, li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej f’Liverpool.
Dan il-video mużikali juri l-membri tal-grupp Dav.Jr, Sean u Jean Paul, waqt il-festin tagħhom.
Il-filmati ta’ dan il-video uffiċjali nġibed fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta u anki fit-Teatru Orpheum fil-Gżira, fost oħrajn.
Il-grupp The Busket se jirrappreżentaw lill-pajjiżna fl-ewwel semi finali tal-Eurovision, li se jsir fid-9 ta’ Mejju li ġej.