Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.
It-Tnejn 6 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
It-Tlieta 7 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
Il-Ħamis 9 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fil-5:30 p.m., l-Arċisqof imexxi Quddiesa l-Ikla tal-Mulej u wara ħin ta’ Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni. Fit-8:30 p.m., l-Arċisqof imexxi mument ta’ talb u riflessjoni bit-tema ‘Seba’ waqfiet ma’ Ġesù.
Il-Ġimgħa 10 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-3:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Fis-6:30 p.m., l-Arċisqof jitlob il-Via Crucis.
Is-Sibt 11 ta’ April, Sibt il-Għid, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-8:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid.
Il-Ħadd 12 ta’ April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ser jixxandru fuq it-televiżjoni.