Il-Prim Ministru Robert Abela kompla jenfasizza dwar il-kalma. Hu qal dan f’kummenti mal-ġurnalisti dalgħodu, wara li ħabbar investiment ta’ sittin miljun ewro f’espansjoni massiċċa tal-kumpanija Baxter, li tispeċjalizza fil-farmaċewtika.
Dr Abela sostna kif dan il-messaġġ ta’ kalma ilu jgħaddih għal bosta xhur.
Saħaq kif pajjiżna jkompli miexi ’l quddiem anke ekonomikament meta jkollu l-istabbiltà politika kif qed igawdi llum il-ġurnata.
Dr Abela sostna kif il-poplu Malti għandu valur qawwi, dak tal-għaqda nazzjonali.
AQRA WKOLL: